“L-NSO jipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-Gvern” – Prof Scicluna

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar il-bord il-ġdid tal-Awtorità Maltija tal-Istatistika waqt żjara li kellu fil-jum tal-Erbgħa fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-Professur Scicluna sostna li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-Gvern biex imexxi lil Malta fl-istabbilità u fit-tkabbar ekonomiku.

Il-Professur Albert Leone Ganada se jkun qed imexxi dan il-bord u għalhekk ħa post Reno Camilleri li kien jokkupa l-istess kariga fis-snin li għaddew. Il-membri tal-bord huma Dr Aaron George Grech, il-Prof. Edward Zammit, Emanuel Delia, Godwin Mifsud, Dr Ian Cassar, Michael Pace Ross u Robert Borg.

Il-Ministru tal-Finanzi kompla jgħid li l-istatistika tipprovdi importanza kbira lill-pajjiż hekk kif mbagħad skont l-istatistika jittieħdu d-deċizzjonijiet meħtieġa. Il-Prof. Scicluna kompla jgħid li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill Ewropew qed jagħtu importanza kbira lil dik li tissejjaħ ‘upstream data’ jiġifieri l-informazzjoni mogħtija mill-Gvern.

Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott