L-NCPE tilqa’ l-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni għall-Ugwaljanza (NCPE) laqgħet l-introduzzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ċivili f’Malta li qalet se tgħin biex ma jkunx hawn nies iddiskriminati abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
L-NCPE qalet li d-data tal-14 ta’ April se tibqa’ mfakkra bħala l-ġurnata meta koppji omosesswali ngħataw l-istess drittijiet ta’ koppji eterosesswali.
Min-nhar it-Tnejn li għadda Malta saret it-22 pajjiż Ewropew li legalizza l-unjoni bejn koppji tal-istess sess u l-10 pajjiż Ewropew fejn koppji omosesswali jistgħu jadottaw it-tfal.