L-MŻPN bi proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-liġi dwar id-drogi

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħmel konsultazzjoni ma’ numru ta’ persuni kkonċernati dwar il-White Paper li ressaq il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici.
Fuq Facebook, l-MŻPN qal li se jkun qed jilqa' l-opinjonijiet tal-pubbliku, filwaqt li se jorganizza wkoll numru ta’ laqgħat u attivitajiet.
Spjega li se jkun qed jagħmel dan il-proċess għax jemmen li r-riforma tal-liġi dwar id-droga hu pass li jista’ jkollu konsegwenzi pożittivi fuq livell nazzjonali.