L-MV Ta’ Pinu se jiddaħħal għall-manutenzjoni

Il-vapur MV Ta’ Pinu mhux se jkun qed jopera nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin, minħabba li se jiddaħħal għall-manutenzjoni.

Fi stqarrija, il-Gozo Channel qalet li s-servizz tal-vapuri se jkun qed jiġi offrut mill-MV Malita u l-MV Gaudos.

Il-Gozo Channel sostniet li biex tnaqqas l-inkonvenjenzi u l-ħin ta’ stennija fl-aktar ħinijiet li jintuża s-servizz, l-MV Malita se jkun qed juża ż-żewġ car-decks.

Barraminhekk, jekk ikun hemm domanda, il-kumpanija tista’ taqleb għal servizz shuttle f’xi ħinijiet tal-ġurnata.