L-MUT twissi li l-edukaturi u l-istudenti f’Helen Keller huma f’riskju

L-Unjin tal-għalliema f’Malta, l-MUT wissiet li l-edukaturi u l-istudenti fiċ-ċentru tar-riżorsi Helen Keller huwa f’riskju minħabba n-nuqqas ta’ attenzjoni lis-saħħa u sigurtà.
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem iċ-ċentru tar-riżorsi fil-Qrendi, l-MUT spjegaw il-proċess legali li nbeda f’Ottubru tal-2014 meta l-Kummissarju għad-drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà kien għamel mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Unjin li biha, l-Unjin ma tistax tordna azzjonijiet industrijali fl-istess ċentru.
L-MUT qalet li l-effett qed jinħass mill-edukaturi u l-istudenti taċ-ċentru minħabba li l-Unjin ma tistax tipproteġihom.
FI stqarrija, l-MUT fissret li għal żmien twil, l-edukaturi qed ikollhom jidħlu fl-istess banju li fih jaħslu lit-tfal u qed jirriċiklaw l-ilma li jinħaslu bih it-tfal u jużawh għal erba’ studenti differenti. Jispjegaw li b’din il-proċedura, il-kontaminazzjoni fl-ilma tkun għolja ħafna.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li “mingħajr ir-riżorsi meħtieġa hemm riskji serji għas-Saħħa u s-Sigurtà kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-istudenti u l-Unjin ma tistax taċċetta li dan jibqa’ għaddej bil-barka ta' kulħadd daqs li kieku ma kien xejn”.
L-MUT stqarret li xogħol il-Kummissarju għad-drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà kien li jara li r-riżorsi jkunu tal-ogħla standards u għalhekk kellu jitkellem ma’ min iħaddem u mhux joħodha mal-Unjin.
Il-każ jinstema fil-Qorti nhar it-Tlieta li ġej.
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà tirreaġixxi
Fi stqarrija aktar tard matul il-ġurnata, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà rreaġixxiet u qalet li l-MUT kkwotat “ineżattezzi” dwar il-banju li fih jinħaslu l-istudenti. Il-Kummissjoni qalet li l-banju hu kbir biżżejjed biex jakkomoda student u edukatur u hu mibni bl-istess materjal li jinbdnew opri tal-baħar, il-fiberglass.
Il-Kummissjoni qalet ukoll li beħsiebha semma leħinhoa fil-Qorti iżda xtaqet li tiċċara dawn il-fatti u fl-istess ħin tirringrazzja edukaturi li ta’ kuljum jagħtu servizz impekkabbli lill-istudenti kollha, irrispettivament mill-fatt jekk għandhomx diżabilità.

L-MUT jiltaqgħu mal-Kap tal-PN
Sadanittant, l-amministrazzjoni tal-MUT ltaqgħet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fid-Dar Ċentrali.
Adrian Delia qal li l-PN jinsab imħasseb b'dak li qed jiġri fl-MCAST u fis-settur edukattiv filwaqt li qal l-Gvern għamel sarima ma' ħalq l-MUT u rabtilhom idejhom
Delia qal li din is-sitwazzjoni li nħolqot fl-MCAST minħabba l-għebusija tar-ras tal-Gvern qed toħloq tensjoni fost l-istudenti nfushom.