L-MUT toħroġ direttivi ġodda b’mod immedjat

Id-direttivi jinkludu li jitwaqqfu l-parents days, parents evenings u open days.

Ritratt minn Thought Catalog on Unsplash

Read in English.

L-MUT tat sett ta’ direttivi ġodda li huma effettivi b’mod immedjat sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fid-dawl tal-aħbarijiet relatati mal-COVID-19.

Fost id-direttivi li ngħataw li ingħataw lill-kapijiet tal-iskejjel ġew ordinati li jitwaqqfu l-attivitajiet kollha li jinkludu l-parteċipazzjoni fi spazju fuq ġewwa ta’ aktar minn tletin student jew edukatur jew ġenitur u jitwaqqfu l-parents days, parents evenings u open days.

L-uffiċjali edukattivi (EOs) u uffiċjali oħra ġew ordnati li jitwaqqfu kull konsultazzjoni, taħriġ u attivitajiet oħra li jinkludu l-parteċipazzjoni fi spazju fuq ġewwa ta’ aktar minn tletin student jew edukatur jew ġenitur.

L-edukaturi kollha ġew mitluba ma’ jattendux l-ebda attività li tinkludi aktar minn tletin persuna fi spazju fuq ġewwa, kemm dawk organizzati mill-Ministeru, mill-iskola jew minn xi entità oħra u ma jattendux parents days, parents evenings u open days.

L-MUT fakkret ukoll dwar id-direttivi relatati li diġà huma fis-seħħ, li huma dawn:

Kif maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru tas-Saħħa, għandu jkun hemm kwarantina għall-edukaturi u studenti kollha li ġew lura minn pajjiżi/reġjuni li huma fil-lista maħruġa mill-awtoritajiet;

Homework ma jiġix aċċettat minn studenti ma jifilħux;

Membri m’għandhomx jipparteċipaw f’attivitajiet tal-massa li jsiru ġewwa, inklużi assemblies, quddies u attivitajiet oħra. In-numru massimu ta’ persuni li għandhom jiġu aċċettati huwa 30 persuna;

Membri m’għandhomx jipparteċipaw fi ħruġ li jsir fuq ġewwa;

L-istudenti kollha morda, inklużi dawk f’kindergarten, għandhom jintbagħtu d-dar u ċertifikat li huma tajbin għall-iskola (fit for school) irid jiġi pprovdut biex jerġgħu jiġu aċċettati;

L-istudenti kollha li ġew lura minn wieħed mill-pajjiżi/reġjuni msemmija mill-awtoritajiet tas-saħħa m’għandhomx jiġu aċċettati fl-iskola;

L-MUT qalet li qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u ser tkun qed tieħu passi u tagħti aktar informazzjoni lill-membri skont il-ħtieġa. Il-Union terġa’ tappella għall-għaqda bejn l-edukaturi u għas-sapport ta’ xulxin.