L-MUT tgħid li t-taħditiet mal-ministeru fallew

child school

Read in English.

Il-kunsill tal-Malta Union of Teachers se jitlaqqa’ b’urġenza wara li diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fallew.

Fi stqarrija, il-union qalet li għalkemm it-taħdidiet mal-ministeru ilhom għaddejjin ġimgħat, ma waslu imkien peress li l-ministeru baqa’ jħabbar miżuri mingħajr ma jkellimha fuqhom.

L-MUT qalet li l-ministeru qed jinjora mijiet ta’ mistoqsijiet fuq is-sigurtà fl-iskejjel meta dawn jerġgħu jinfetħu t-Tnejn li ġej. Akkużatu li qed jimplimenta miżuri mingħajr ħsieb, u li b’hekk qiegħed jikkomprometti s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tal-istudenti u tal-familji tagħhom.

Bħala eżempji ta’ suġġetti li ġew injorati mill-ministeru, il-union semmiet it-timetables tal-iskejjel sekondarji, miżuri li għandhom jittieħdu għal edukaturi meqjusa vulnerabbli u s-superviżjoni.

Żiedet li hemm ħafna mistoqsjiet li għadhom pendenti, u li la ma ġew indirizzati, il-ministeru kien qed jikkrea inċertezza kbira fis-settur tal-edukazzjoni.