L-MUT taħtar segretarju ġenerali u viċi president ġodda

L-Unjin Maltija tal-Għalliema ħatret segretarju ġenerali u viċi president ġodda.
Carmen Dimech se tkun is-Segretarju Ġenerali, u Elaine Germani l-Viċi President.
L-MUT ħabbret dan fi stqarrija, u rrimarkat li Dimech ilha fil-Kunsill tal-MUT għal dawn l-aħħar 15-il sena, kif ukoll għallmet għal 38 sena fi skejjel tal-Knisja, inklużi 18-il sena għalliema tal-guidance u 8 snin għalliema tal-PSCD.
L-MUT qalet li l-esperjenza tagħha żgur se tikkontribwixxi fl-operat tal-unjin.
Sadanittant, dwar Germaini ntqal li għallmet il-Fiżika għal 15-il sena u hija membru elett tal-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema.
L-unjin qalet li flimkien mal-President, Marco Bonnici, u l-President Anzjan, Norman Grech, dawn se jkunu t-tliet mexxejja fis-sħiħ tal-MUT.
Fir-ritratt: is-Segretarju Ġenerali l-ġdida, Carmen Dimech