L-MUT se tiltaqa’ mal-Prim Ministru

Read in English.

L-Unjin tal-Għalliema (MUT) se tiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela biex jingħalqu l-iskejjel.

Kelliem għall-MUT ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-laqgħa se ssir illum tard waranofsinhar.

Ilbieraħ, l-Unjin talbet laqgħa urġenti mal-PM sabiex tiġi diskussa l-possibbiltà li jingħalqu l-iskejjel. Ħafna ġenituri, għalliema u studenti tkellmu favur dan. Hemm petizzjoni biex jinġabru l-firem biex l-iskejjel u l-Università jingħalqu. Mill-bieraħ filgħaxija, inġabru kważi 10,000 firma.

Intant, fil-Parlament ilbieraħ, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li għad m’hemmx lok biex jingħalqu l-iskejjel. Fuq il-possibbiltà ta’ tagħlim online, qal li jeħtieġ li ssir diskussjoni mal-unjins.

Il-Ministru għandu jiltaqa’ mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) illum sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn