L-MUT imħassba dwar il-ftuħ ta’ Skolasajf

Read in English.

L-unjin tal-għalliema l-MUT għandha t-tħassib dwar il-ftuħ ta’ Skolasajf, speċjalment fejn tidħol l-iġjene u d-distanza soċjali.

Fi stqarrija l-MUT qalet li se tkun qed tiltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici din il-ġimgħa biex jiddiskutu l-ftuħ ta’ Skolasajf.

L-unjin qalet li għalkemm l-iskejjel huma obbligati li jkollhom risk assessments, hi qed titlob li jsir risk assessment ġdid fl-iskejjel li se jkunu ċentri ta’ Skolasajf. Dan minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-MUT trid ukoll spettorat li jiddetermina jekk iċ-ċentri jistgħux jinfetħu jew le abbażi tal-analiżi li tkun saret.

Intant, l-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) sostniet li filwaqt li għandha r-riservi tagħha dwar kemm hi idea tajba li tinfetaħ SkolaSajf, hi ma kienet infurmata bl-ebda miżuri jew linjigwida ta’ kif l-iskejjel u l-għalliema jistgħu jaħdmu. B’hekk appellat li t-tfal m’għandhomx jitbagħtu Skolasajf jekk dawn jibqgħu ma jaslux.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn