L-MUT f’tilwima industrijali mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika

Il-Unjin tal-Għalliema iddikjarat tilwima industrijali mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika. Dan dwar nuqqas ta’ qbil fuq proċeduri ta’ reklutaġġ u promozzjonijiet.

Il-ġimgħa li għaddiet l-MUT qalet li persuna li applikat għall-kariga ta’ Assistent Kap ta’ skola ma ngħatatx l-opportunità li tappella wara li kisbet marka inqas mill-pass mark.

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika fi ħdan il-Kurja qal li lest jiddiskuti mal-MUT biex isir tibdil fil-ftehim kollettiv ta’ bejniethom.

Is-Segretarjat qal li jilqa’ l-opportunità biex jinbdew diskussjonijiet mal-MUT li jwasslu għat-tibdiliet li jkunu meħtieġa. 

Il-Unjin qalet fi stqarrija li tirriserva d-dritt li tieħu azzjoni industrijali jekk is-sitwazzjoni ma tissolviex.