L-MUT dwar l-iskema ta’ parkeġġ residenzjali f’tas-Sliema

L-Unjin tal-Għalliema l-MUT ddikjarat li għandha kwistjoni industrijali, dwar l-iskema ta’ parkeġġ residenzjali li l-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema qed iniedi u għamlet sejħa lill-awtoritajiet jissospendu l-iskema sakemm tinstab soluzzjoni.

L-iskema li timponi sigħat ristretti fuq nofs l-ispazji ta’ parkeġġ fil-lokalità. L-għalliema fl-iskejjel qalu jkollhom jitilqu l-klassijiet biex ineħħu l-karozza tagħhom u jsibu post ieħor. L-MUT kitbet lill-Prim Ministru dwar il-kwistjoni. Qalet li fil-lokalità hemm diversi skejjel primarji u sekondarji f’tas-Sliema, kif ukoll skejjel tal-lingwi.