L-MUT b’ultimatum lill-Gvern

Read in English.

L-Union tal-Għalliema (MUT) tat ultimatum lill-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar il-proviżjoni ta’ assigurazzjoni għall-edukaturi.

Fi stqarrija, l-union sostniet li għal snin twal, il-pożizzjoni tal-Gvern kienet dik li ma jipprovdix assigurazzjoni għall-Uffiċċjali Pubbliċi. Madanakollu, żviluppi riċenti wasslu sabiex il-pożizzjoni tal-Gvern tinbidel, u ċertu uffiċċjali qed jiġu provduti assigurazzjoni.

Aqra: “Nuqqas inkwetanti ta’ għalliema u LSEs” – MUT

L-MUT spjegat li kkorrispondiet mal-Ministeru dwar dan is-suġġett madanakollu baqgħet qatt ma rċeviet risposta. Għaldaqstant, qalet li qed tati lill-Ministeru ċans sal-25 ta’ Novembru sabiex jibda d-diskussjonijiet dwar l-assigurazzjoni għall-edukaturi. Qalet li jekk il-Gvern iffalli milli jagħmel dan, l-union se tħabbar azzjonijiet industrijali