L-MUT b’tilwima mal-Gvern dwar applikazzjonijiet tal-LSAs

Il-Union tal-Għalliema ddikjarat tilwima mal-Gvern minħabba l-fatt li ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet tal-LSA 1.

L-MUT qalet li ilha titlob lill-Ministeru tal-Edukazzjoni għal kważi sena u nofs biex joħroġ din is-sejħa, minħabba li hemm għadd ta’ LSAs kwalifikati li jistgħu japplikaw.

Sostniet li minkejja talbiet ripetittivi lill-awtoritajiet, is-sejħa baqgħet ma ħarġitx. 

Jekk is-sejħa tibqa' ma toħroġx, l-MUT se tikkunsidra aktar azzjonijiet.