L-MUMN twissi li m’hemmx biżżejjed infermiera għall-ITU

Beppe Galea

Read in English.

Il-unjin tal-infermiera u l-qwiebel wissiet li m’hemmx biżżejjed infermiera biex jassisstu lill-pazjenti li jidħlu fl-ITU jekk is-sodod jiżdiedu għall-ammonti li qed jissemmew fil-midja.

Fi stqarrija l-MUMN tkellmet kontra dak li sejħet bħala “hype fil-midja” li s-sodod fl-ITU jistgħu jiżdiedu għal 75 sodda fl-Isptar Mater Dei u għal 25 sodda fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Spjegaw li l-problema mhix biss ta’ nuqqas ta’ sodod imma nuqqas ta’ staff li jkun imħarreġ biżżejjed biex jopera l-ventilaturi u taħriġ għal kura intensiva. Għaldaqstant, l-MUMN tablet ukoll laqgħa mal-maniġment tal-isptar Mater Dei għax qalu li fl-aħħar mill-aħħar ikunu l-infermiera li jsofru prezz qares mal-pazjent.

Fi stqarrija dalgħodu, l-MUMN qalet li l-pressjoni fuq l-infermiera diġà qed tħalli effetti negattivi u għalhekk tinsab imħassba dwar iż-żieda dejjem tikber ta’ każijiet tal-Covid-19. Saħqu li din iż-żieda ċertament se jkollha effetti negattivi fuq l-isptarijiet, il-kura primarja u f’istituzzjonijiet għall-anzjani b’detriment għall-pazjenti u l-istaff.

Il-konferenza tal-Gvern dwar miżuri ġodda
Filmat: Bars u każini se jagħlqu fil-11pm