L-MUMN twaqqaf id-direttivi dwar it-tilqima tal-influwenza

Read in English.

L-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) waqqfet id-direttivi li kellha sabiex l-infermiera ma jassistux fl-għoti tat-tilqima tal-influwenza.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter li ħabbar li din aħbar eċċellenti. Qal li s-sens tajjeb rebaħ.

Ilbieraħ, is-servizz tat-tilqima tal-influwenza kien interrott f’diversi lokalitajiet minħabba azzjonijiet industrijali mill-MUMN. Illum kellha ssir laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN biex tinstab soluzzjoni.

Stqarrija tal-Ministeru għas-Saħħa lbieraħ qalet li malli dawn l-azzjonijiet jitwaqqfu, l-iskeda tidħol fis-seħħ skont kif reklamata fil-jiem li għaddew.

Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata li fiha bdiet tingħata t-tilqima tal-influwenza. Filgħaxija, il-Ministru għas-Saħħa ħabbar li ftit inqas minn 1,000 persuna tlaqqmu f’jum.