L-MUMN tipprotesta quddiem is-Servizz Pubbliku

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) organizzat konferenza stampa llum fil-11am biex tipprotesta d-dewmien esaġerat fil-pubblikazzjoni tat-tielet riżultat għall-grad ta’ Deputy Charge Nurse. Dawn ir-riżultati jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC).

Il-konferenza stampa saret quddiem l-uffiċju tal-PSC, il-Belt. L-MUMN qed tinforma l-pubbliku dwar dan in-nuqqas, kif ukoll tħeġġeġ lill-PSC sabiex jippubblikaw dawn ir-riżultati.

Preżenti kien hemm il-kumitat li jamministra l-Unjin, uffiċjali oħra, kif ukoll infermiera li huma milquta minn dan in-nuqqas li nzertaw mhux xogħol.

L-infermiera qed jgħaddu minn trawma psikoloġika bħala konsegwenza ta’ dan id-dewmien, li tfisser li saħansitra qed ibatu pazjenti.