L-MUMN tfaħħar l-intervent tal-Ministru Dalli

Il-unjin tal-infermiera u l-qwiebel (MUMN) faħħret il-mod ġdid ta’ kif bdiet issir verifika ta’ liema unjin għandha tkun rikonoxxuta b’rabta ma’ diskussjonijiet dwar il-ħaddiema.
Il-unjin qalet li l-mod ġdid hu iktar trasparenti u ġust minn dak użat sa ftit ilu mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali għaliex issa bdiet issir laqgħa ta’ verifika mhux biss ma’ min iħaddem imma anke mal-istess unjin li tirrappreżenta lill-ħaddiema.
Għalhekk l-MUMN faħħret l-intervent tal-Ministru Helena Dalli biex il-proċedura ta’ verifikazzjoni ta’ unjin ma tibqax imwaħħla kif kienet għall-aħħar sitt xhur.