L-MUMN tappella lill-MAM biex ma tużax il-pazjenti

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, qed tappella lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sabiex ma tużax il-pazjenti, biex timponi pressjoni fuq l-Università ta’ Malta.
Fi stqarrija, il-President tal-MUMN Paul Pace, qal li l-MAM dejjem appellat li l-unjins għandhom jevitaw direttivi li jaffettwaw is-saħħa tal-pazjent. Sostna, li issa qed tmur kontra dak li temmen fih, u ddikjarat azzjoni industrijali fuq materja li m’għandha l-ebda dritt fuqha.
Spjega li l-liġi tgħid li l-Università u l-Gvern Malti jinnegozjaw biss mal-unjins li huma rikonoxxuti uffiċjalment f’dak is-settur.
Mil-lum daħlet fis-seħħ tilwima industrijali bejn il-MAM u l-Ministeru tas-Saħħa minħabba l-ftehim kollettiv.