L-MUMN tappella biex il-Gvern iħaddem infermiera u qwiebel fuq bażi każwali

L-MUMN qed tappella lill-Gvern biex jibda jħaddem lill-infermiera u qwiebel fuq bażi każwali. Fi stqarrija l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel fi stqarrija qalet li tinsab sorpriża kif il-bżonn ta’ infermiera ġodda mhux qed jittieħed b’serjetà u lanqas mhu qed jittieħed b’urġenza mid-diviżjoni tas-saħħa.

L-MUMN fakkret li minkejja li s-sejħa għall-impjieg għalqet aktar minn 10 t’ijiem ilu,  il-proċess tal-għażla għadu ma bediex. Is-selezzjoni tikkonsisti minn 160 intervista ma’ infermiera u qwiebel. Wara l-intervisti, ikun hemm bżonn proċess biex jintażel Kummissarju għas-Servizz Pubbliku. L-MUMN saħħqet li dan il-proċess burokratiku se jdum għaddej xhur.

L-Unjin saħħqet kif qabel, l-infermiera u l-qwiebel kienu jsibu mpjieg fuq bażi każwali mill-ewwel wara li joħorġu mill-Università. Dan iservi sakemm il-proċess li hemm bżonn fl-għażla ta’ infermiera ikun spiċċa.