L-MUMN se tipprotesta d-dewmien fir-riżultati tal-infermiera

L-MUMN qiegħda tipprotesta kontra dewmien eċċessiv fil-pubblikazzjoni tat-tielet riżultat fil-grad ta’ Deputy Charge Nurses mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

Fi stqarrija, l-għaqda ħabbret li se torganizza konferenza stampa bi protesta nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Lulju.

F’din il-konferenza stampa, għandha tikkummenta dwar it-trawma psikoloġika li għaddew u għadhom għaddejjin minna l-infermiera li applikaw għal din il-promozzjoni, u li permezz t’hekk, qed ibatu saħansitra l-pazjenti.

L-MUMN stiednet lill-infermiera li ma jkunux xogħol dakinhar sabiex jingħaqdu magħha f’din il-protesta.