L-MUMN se tħabbar azzjoni industrijali għada

Read in English.

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ħabbret li għada se tagħti xi direttivi industrijali lill-membri tagħha wara li ma ntlaqgħetx talba għal laqgħa fuq il-kunċett ta’ Meal Allowances.

Għada se tagħmel konferenza stampa fil-11am quddiem l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Waqt din il-konferenza, l-Unjin mistennija tagħti l-informazzjoni fuq is-sitwazzjoni fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech, wara li ma ntlaħaqx qbil bejn Steward Health Care u d-Dipartiment tas-Saħħa biex il-membri tal-MUMN li jaħdmu f’dawn it-tliet sptarijiet jingħataw allowance għall-ikel.

Fi stqarrija, l-MUMN qalet li ma tistax taċċetta li l-membri tagħha jiġu trattati ta’ ħaddiema ta’ klassi baxxa fejn jidħol Steward Health Care.

F’Settembru tal-2019, l-Unjin bdiet tilwima industrijali mal-management tal-Isptar Mater Dei dwar kwalità baxxa ta’ ikel għall-istaff imqassam mill-Corinthia Group fl-isptar. Dan minħabba li l-istaff li għandu bżonnijiet ta’ ikel speċjali ma kienx qed jingħata meal allowance minkejja li l-fornitur tal-ikel mhux jipprovdi dan it-tip ta’ ikel. L-Unjinkienet insistiet li mhux aċċettabbli li l-infermiera li qed jaħdmu overtime jiġu penalizzati billi ma jingħatawx allowance għall-ikel.