L-MUMN b’direttivi industrijali għall-infermiera ta’ Mater Dei

Il-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel ikkritikat il-fatt li numru ta’ nurses qed jiġu mitluba jimlew portfolio wara li jkunu għamlu shadowing (taħriġ fuq ix-xogħol) mal-Practice Nurses u ħarġet numru ta’ direttivi industrijali
Fi stqarrija, l-MUMN qalet li minħabba l-ammont ta’ xogħol li qed jagħmlu l-infermiera, ikkaġunat ukoll min-nuqqas ta’ riżorsi umani, “il-porftolio huwa żejjed.”
Il-Unjin qalet ukoll li daħlulha diversi rapporti fejn ward qed ikollu jibqa’ b’inqas infermiera. Qalet li dan “mhux aċċettabbli.”
Ikkritikat ukoll il-kunċett ta’ ward attendees, fejn pazjenti li ma jinsabx rikoverat fl-isptar jew inkella fil-ward, imur fil-ward partikolari għall-assistenza.
L-MUMN qalet li dan il-kunċett “ma jagħmilx sens” għax dawn il-pazjenti jistgħu jinqdew minn bnadi oħra u għax l-infermiera mhux ilaħħqu max-xogħol. 
B’rabta ma’ dan, l-MUMN appellat lill-infermiera biex ma jagħmlu l-ebda shadowing jekk ma jsibux minn ibiddilhom. Appellat ukoll biex minflok portfolio, l-infemiera jimlew biss faċċata waħda bl-evalwazzjoni.
Fost oħrajn, talbet lill-infermiera biex jibagħtu lil ward attendees fit-taqsima tal-customer care u biex ma jikkurawhomx fis-swali. 

Ritratt: Ian Noel Pace