L-MUMN b’direttivi dwar servizz fil-Kamra Mortwarja

Il-unjin tal-infermiera u l-qwiebel ħarġet direttivi għall-membri tagħha li jaħdmu fl-isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija, biex jinjoraw punti minn ċirkolari li ntbagħtitilhom mill-isptar dan l-aħħar dwar servizz fil-Kamra Mortwarja.
Il-unjin qed tinsisti li l-infermiera u l-qwiebel li jaħdmu fis-swali u fil-kuriduri mhumiex responsabbli milli jlibbsu lill-pazjent li jkun miet jekk il-qraba ma jwasslux il-ħwejjeġ fi żmien adegwat.
Għalhekk qed tidderieġi lill-membri tagħha biex taħt l-ebda ċirkostanza ma jattendu l-Kamra Mortwarja jekk il-qraba ma jkunux ħadu l-ħwejjeġ fi żmien adegwat.