L-MTA tniedi l-Conventions Malta fl-Italja

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (l-MTA) nediet il-proġett ‘Conventions Malta’ fl-Italja, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Milan.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Paul Bugeja, qal li Conventions Malta hu proġett li kiber ħafna fl-aħħar żmien, u li jagħmel emfasi fuq ir-riċerka, l-ippjanar, il-kummerċ u l-kwalità.
Fil-bidu tal-konferenza tal-aħbarijiet, Paul Bugeja ta ħarsa lir-riżultati tajbin li Malta kisbet fl-2016 fis-settur tat-turiżmu u semma kif is-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ 11.5% fil-persentaġġ ta’ turisti li ġew mill-Italja.