L-MTA tirbaħ 3 unuri tal-fidda fit-Travvy Awards

L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu rebħet il-premju tal-fidda fi tliet kategoriji tat-Travvy Awards għall-aktar destinazzjoni lussuża fl-Ewropa u l-aktar destinazzjoni lussuża fid-dinja.
Il-premju l-ieħor tal-fidda ntrebaħ mir-rappreżentanta tal-MTA Michelle Buttigieg, li rebħet fil-kategorija tal-aktar turiżmu innovattiv fl-Ewropa.
Is-serata ta’ dawn l-unuri saret fi New York u ġew organizzati minn TravAlliance Media.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Pail Bugeja qal li s-sena li għaddiet is-suq Amerikan lejn Malta żdied bi 15.1% filwaqt li fl-aħħar sentejn kien hawn żieda ta’ 36% fil-wasliet lejn Malta.