Filmat: L-MTA b’€90,000 għal riċerka fuq fdalijiet ta’ bastiment qrib ix-Xlendi

Read in English.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ġeddet għal sena oħra appoġġ li issa jlaħħaq id-€90,000 sabiex id-Dipartiment tal-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija jkompli l-proġett ta’ riċerka fuq il-fdalijiet ta’ bastiment arkajku ta’ 2,700 sena ilu li jinsabu mgħerrqa ftit ’il barra mill-bajja tax-Xlendi f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Wirt Kulturali qal li d-direttur tal-proġett il-Professur Timmy Gambin spjega li l-proġett kien inbeda fl-2007 meta kien instab dan ix-xini f’fond ta’ 110 metri, waqt stħarriġ dwar il-wirt kulturali li hemm midfun f’qiegħ il-baħar. Minn dakinhar sal-lum it-tim tal-proġett skava s-sit u studja fid-dettall waħda mill-iżjed skoperti interessanti riċenti.

Il-finanzjament mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wassal ukoll biex inħolqot pjattaforma diġitali online b’kollaborazzjoni ma’ Google Arts & Culture li se twassal biex nies minn madwar id-dinja jkunu jistgħu jaraw dan is-sit permezz ta’ virtual reality.

Filmat: MTCP