L-MRSA tonqos b’90% fl-isptarijiet Maltin

Il-Ministru Chris Fearne qal li fl-aħħar snin l-infezzjonijiet bl-MRSA fil-pajjiż naqsu b’90%, l-ewwel riżultat tax-xorti tiegħu fil-Mediterran.
L-MRSA hija infezzjoni reżistenti għall-antibijotiċi, komuni fl-isptarijiet. Infezzjonijiet simili għaliha jidhru li huma frekwenti aktar fil-Mediterran.
Fearne kompla billi qal li hekk kif fl-2009 f’Mater Dei kien hawn żewġ każi tal-MRSA għal kull elf pazjent, is-sena li għaddiet din instabet biss f’0.16 minn kull elf pazjent.
Sostna li dan ma kienx ikun possibbli kieku ma ttiħdux miżuri ta’ kontroll tal-infezzjonijiet u kampanji edukattivi mal-pazjenti u l-istaff kliniku dwar l-importanza li taħsel idejk minn każ għal ieħor.
Fearne temm l-indirizz tiegħu billi qal li għaddejjin ukoll kampanji sabiex jitnaqqas l-użu tal-antibojitiċi kemm jista’ jkun.
Huwa kien qed jitkellem waqt konferenza bejn Uffiċjali Mediċi Għoljin tal-Istati Membri Ewropej.