​L-MRFU U18 f’Andorra

It-tim nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena tal-Malta Rugby Football Union jinsab fi triqtu lejn l-Andorra.
Għall-ewwel darba Malta se tieħu sehem f’Diviżjoni D tal-Kampjonat Ewropew ta’ taħt it-18-il sena.
Flimkien ma’ Malta se jieħdu sehem il-Bulgarija, l-Bożnija Ħerżegovina, l-Iżrael u l-Andorra.
L-ewwel logħba tal-Maltin tkun illejla fis-7:30pm kontra l-Andorra.
Għada fl-istess ħin Malta tilgħab kontra l-Bulgarija u l-Ġimgħa kontra Iżrael fit-8:30pm.