Therese Comodini Cachia twieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook

Therese Comodini Cachia twieġeb il-mistoqsijiet ta' Newsbook.com.mt

Read in English.

Il-Membri Parlamentari Nazzjonalisti jkunu lesti jikkontestaw l-elezzjoni taħt Adrian Delia?

Mingħajr Delia, il-PN jerġa jsir ‘arroganti’? Għala għandu l-elettorat jafda lill-MPs li vvutaw kontra Delia? X’inhuma l-valuri li jnebbħu lil Dr Therese Comodini Cachia? Il-PN u Malta lesti li jaċċettaw mexxej mara?

Dawn kienu fost il-mistoqsijiet li l-Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt Sylvana Debono għamlet lil Dr Therese Comodini Cachia li kienet nominata minn 19-il membru parlamentari biex tieħu post Dr Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

L-intervista se tkun ippublikata illum l-Ħadd 19 ta’ Lulju 2020 fuq Newsbook.com.mt fit-08:15am.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li nhar il-Ħamis li ġej fil-laqgħa tal-Eżekuttiv se jkun qed jipproponi x’għandu jsir biex tissolva l-kriżi li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista.