L-MPs Laburisti ma jagħtux tweġiba ċara għall-mistoqsijiet tal-Front Ħarsien ODZ

Il-Front Ħarsien ODZ jinsab iddiżappuntat kif il-grupp Parlamentari tal-Partit Laburista naqas milli jagħti tweġiba speċifika dwar jekk għandux isir żvilupp fiż-Żonqor jew le.
Il-Front laqa’ tajjeb il-fatt li l-Membri Parlamentari kollha wiegbu ghall-mistoqsija tal-front dwar jekk jaqblux ma' żvilupp fuq is-sit taż-Żonqor.
Fit-tweġibiet, il-Partit Nazzjonalista u d-Deputat Laburista Marlene Farrugia ddikjaraw li huma kontra dan l-iżvilupp.
Fi stqarrija, il-Front insista li qatt m'għandhom jiġu kkunsidrati siti barra miż-żona tal-iżvilupp.
Il-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista wieġbu billi kwotaw parti mil-Pjan Strategiku għal Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) li għadu ma ġiex approvat li jipproponi li siti ODZ jistgħu jiġu kkunsidrati għal żvilupp jekk ma jinstabux siti vijabli fiż-żoni tal-iżvilupp.
Front Ħarsien ODZ qalet li bħal ma’ qalu għaqdiet ambjentali oħrajn, din il-klawsola fl-ISPED tista toħloq ġustifikazzjoni għal żvilupp ODZ fil-kampanja u tmur kontra l-prinċipju tas-sostenibilità.
Il- Front jilqa wkoll il-pozizzjoni kontra l-iżvilupp li għamlet l-Alternattiva Demokratika, l-Alleanza Liberali u l-Partit Komunista Malti
“Fil-futur Front Ħarsien ODZ se jistenna lill-membri parlamentari biex jiddikjaraw rwieħom dwar zviluppi ohra ODZ u se jistenna li jibqu konsistenti”, tgħid l-istqarrija.
Front appella lil pubbliku biex jipparteċipa fil-protesta li se ssir nhar is-Sibt fl-10am fil-Belt Valletta.