Filmat: L-MPs Laburisti b’vot ta’ fiduċja unanimu fil-PM

Read in English.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista b’mod unanimu ta’ vot ta’ fiduċja fil-Prim Ministru Joseph Muscat

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-vot intalab mill-Prim Ministru nnifsu u li ttieħed b’mod sigriet. Żied jgħid li l-laqgħa tal-lum kienet parti minn proċess li se jitkompla u li jwassal għal deċiżjonijiet.

Il-vot ittieħed wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret f’Kastilja, “fejn kien hemm sens kbir ta’ responsabbiltà”.

L-istqarrija tgħid ukoll li l-Grupp Parlamentari kkonferma unanimament l-impenn li l-Gvern ikompli jwettaq il-mandat elettorali tiegħu għal-leġislatura kollha.

Intant, f’kumment lill-media hu u ħiereġ minn Kastilja għall-Parlament, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar jiem qala’ ħafna kritika kawża tad-dikjarazzjonijiet li għamel fil-media. Għaldaqstant huwa ntalab biex ma jagħmilx iktar dikjarazzjonijiet u se jkun qed isegwi dawn l-istruzzjonijiet.

Filmat: Miguela Xuereb