L-MPs Inglżi jappoġġjaw referendum dwar il-futur fl-Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari fil-House of Commons fir-Renju Unit jappoġġjaw li jsir referendum dwar il-futur tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea.
Il-vot li ttieħed wara l-ewwel dibattitu dwar abbozz tar-referendum, ifisser li l-leġiżlazzjoni tgħaddi għat-tieni qari fil-Parlament.
Favur referendum dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, ivvutaw 544 Membru Parlamentari, jew 91%.
Ir-referendum għandu l-appoġġ tal-Konservattivi u l-Laburisti, iżda mhux tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż (SNP)
Aktar kmieni din il-ġimgħa, stħarriġ tal-opinjoni pubbliku wera li l-maġġoranza taċ-ċittadini fir-Renju Unit iridu jibqgħu parti mill-Unjoni Ewropea.