Aġġornata (2): L-MPs Ingliżi ma jilqgħux il-proposta ta’ elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru Ingliz Boris Johnson

Read in English.

Żewġ terzi tal-Membri Parlamentari Ingliżi rrifjutaw il-proposta tal-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson, li ssir elezzjoni ġenerali fil-15 ta’ Ottubru.

Fil-House of Commons, Johnson qal li jekk ikun għadu Prim Ministru fis-17 ta’ Ottubru, il-pajjiż jitlaq mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru.

Aktar kmieni…

Membri Parlamentari fir-Renju Unit ivvutaw favur in-No-Deal Bill fl-istadju tat-tieni qari.

Il-leġiżlazzjoni għaddiet bi 329 vot favur u 300 kontra. Dan ifisser li l-abbozz għadda mill-ewwel ostaklu.

Issa l-MPs se jkunu jistgħu joffru emendi għal-liġi u mbagħad ifittxu l-appoġġ ta’ sħabhom biex l-emenda tgħaddi.

Wara, l-MPs ivvutaw kontra emenda li kienet titlob biex isir dibattitu fil-21 ta’ Ottubru dwar il-ftehim tal-eks Prim Ministru jew wieħed ġdid li jkun maqbul mal-UE. L-emenda tilfet b’495 vot kontra 65.

Brexit bla ftehim effett ħazin fuq it-Turiżmu, vaganzi irħas fir-Renju Unit