L-MMSA tħeġġeġ lill-pubbliku jiffirma petizzjoni dwar id-donazzjoni tal-organi

L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina f’Malta (MMSA) qed tappella lill-pubbliku biex jiffirma petizzjoni onlajn li tħeġġeġ iktar id-donazzjoni tal-organi.
U biex ma jkunx hemm iktar ħtieġa li l-qraba tal-persuna li tkun se tagħti l-organi, jagħtu l-kunsens tagħhom meta din diġa’ jkollha donor card.
L-għaqda tal-istudenti tfaħħar lill-Gvern talli ppubblika White Paper dwar id-donazzjoni tal-organi biex b’hekk tinħoloq l-ewwel liġi dwar dan is-settur f’Malta.
Fost is-suġġerimenti tal-Gvern, hemm li d-donazzjoni tal-organi tkun b’mod awtomatiku u persuna tagħżel hi jekk ma tridx tagħti l-organi tagħha wara mewtha minflok bil-maqlub. B’hekk jiżdiedu l-organi li jingħataw għal trapjanti fl-isptarijiet Maltin.