Il-Ministru Zammit Lewis iħabbar li l-liġi tad-divorzju lesta

Read in English.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis ħabbar li l-liġi tad-divorzju tinsab lesta.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, Zammit Lewis għamel referenza għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt attività politika li saħaq biex issir riforma fil-liġijiet tad-divorzju u tal-vjolenza domestika.

Huwa qal li l-liġi tal-vjolenza domestika hija tajba madankollu hemm bżonn li l-aġenziji tal-Gvern jaħdmu iktar flimkien. “Nagħmel appell b’umiltà biex kemm jiena, kif ukoll il-Ministri Michael Falzon u Byron Camilleri naħdmu iktar flimkien.” Il-Ministru sejħilha injoranza li xi ħadd isawwat lill-mara tiegħu.

Zammit Lewis għadda botta fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni: “Forsi hawn min għandu memorja qasira. Dr Bernard Grech kien iġġieled kontra d-dħul tad-divorzju u kien fuq in-naħa ħażina tal-istorja. Ma ġara xejn, għax kulħadd jiżbalja. Il-liġi tad-divorzju hi lesta.”