L-MIM kontra “sistema arkajka” fl-edukazzjoni

Il-Malta Institute of Management jew l-MIM qed tappella għal darb’oħra biex issir riforma fl-edukazzjoni u fis-sistema ta’ akkreditazzjonijiet akkademiċi.
L-MIM qalet li ilha iktar minn għaxar snin tgħid li s-settur tal-edukazzjoni mhux qed jilqa’ l-ħtiġijiet tal-ekonomija. Qalet li pproponiet diversi miżuri li kollha ġew rifjutati minn Ministru wara l-ieħor, iżda qed tibqa’ ssostni li l-metodu preżenti ta’ akkreditazzjoni huwa wieħed “arkajku”.
L-MIM appellat lill-Gvern biex iwaqqaf grupp ta’ ħidma biex jindirizza din is-sitwazzjoni, li fi kliemha, qed taġevola lill-barranin iktar mill-Maltin.