L-MIA jikklassifika t-tieni fost l-ajruporti Ewropej

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kiseb it-tieni post minn fost l-ajruporti Ewropej fl-istħarriġ dwar il-Kwalità tas-Servizz fl-Ajruporti ta’ Airports Council International (ACI).
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li din il-kisba hi aktar sinifikanti hekk kif is-sena li għaddiet, it-terminal kien fi stat ta’ żvilupp permezz tal-Proġett ta’ Rikonfigurazzjoni tat-Terminal tal-kumpanija.
L-MIA stqarr li l-ACI ħabbar ir-rebbieħa tal-istħarriġ għall-2017 wara li 343 ajruport madwar id-dinja ġew iġġudikati mill-passiġġieri li użawhom matul is-sena.
Fl-aħħar disa’ snin l-ajruport dejjem ikklassifika mal-aqwa ħames ajruporti Ewropej fl-istħarriġ.