L-MIA b’4 stilel għall-kwalità eċċellenti

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ingħata 4 stilel mill-organizzazzjoni tal-awditjar fit-trasport tal-ajru, Skytrax. Huma biss 13-il ajruport Ewropew ieħor li ngħata erba’ stilel, fosthom Zurich, Barcelona El Prat u Amsterdam Schipol.
L-MIA ingħata l-4 stilel għal-lounges “eċċellenti” tieħu, għall-website ġdida, għas-sigurtà effiċjenti u għas-sinjali tajbin li jingħataw.
Ir-rapporti tal-awditjar ta’ Skytrax wassal għal diversi żviluppi u kunsiderazzjonijiet fil-proċess ta’ ddiżinjar tal-proġett tal-espanzjoni tat-terminal.
Iktar kmieni din is-sena, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie fit-tieni post  fil-kategorija tal-Aqwa Ajruport fir-Reġjun (minn fejn itiru iktar minn 2 miljun passiġġier).
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jistma li sal-aħħar tas-sena, se jkunu għaddew minnu rekord ta’ kważi 5 miljun passiġġier.