Kostruzzjoni: L-MHRA tirċievi bosta telefonati; xogħol fil-Pjazza ta’ Buġibba

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) Tony Zahra qal li l-Assoċjazzjoni qed tirċievi telefonati ta’ membri li huma inkwetati dwar l-istat kritiku li jinsab fih l-ambjent. Każ partikolari li semma Zahra hu x-xogħol li kien qed isir fil-pjazza ta’ Buġibba.

Hemm xoghlijiet oħra li qed jikkawżaw inkonvenjenza kbira fiż-żona tal-Qawra. Dan ix-xogħol qed isir kontra l-avviż legali li jgħid li ebda xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ma jista’ jsir bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru tal-2019.

Zahra qal li l-Assoċjazzjoni tapprezza l-isforzi li qed isiru mill-Ministeru tat-Turiżmu, il-Fondazzjoni għall Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex isebbħu żoni turistiċi ewlenin. Iżda qa li inizjattivi bħal dawn qed jisfaw fix-xejn minn xogħolijiet li qed isiru b’mod irresponsabbli u ħafna mid-drabi jkomplu jsiru anka jekk b’mod illegali.