L-MHRA teħodha kontra l-azzjoni industrijali tal-cabin crew tal-AirMalta

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti qalet li ma tistax tifhem il-loġika wara r-resistenza biex issir il-bidla fl-AirMalta. 
L-MHRA targumenta li l-azzjoni industrijali mill-membri tal-ekwipaġġ, jiġifieri li ma joffrux is-servizz tat-trolley jiġifieri li jbiegħu luminati, kafé u té fost l-oħrajn, se tpoġġi lill-linja nazzjonali tal-ajru f’aktar problemi u f’każ ta’ falliment ifisser ukoll telf ta’ impjiegi. 
L-Assoċjazzjoni tgħid li mingħajr bidlan u ristrutturar, l-AirMalta mhux se tkun tista’ tibqa’ taħdem u dan ifisser ukoll impatt fuq it-turiżmu u l-ekonomija ta’ Malta.
Fl-istqarrija tagħha, l-MHRA qed tistenna u tappella li min hu responsabbli tal-azzjoni industrijali, jiġifieri l-unjin li tirrappreżenta l-ekwipaġġ tal-kabina l-UCC, jerfa’ r-responsabilità tal-konsegwenzi.