L-MHRA ma tridx tokens imma provvista aħjar tal-elettriku

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qalet li l-intrapriżi u dawk li jaħdmu fis-settur ma jridux kumpens bħal ma tħabbar ilbieraħ, imma provvista tal-elettriku f’kundizzjoni tajba u bi prezz tajjeb.
B’referenza għall-kumpens ta’ €25 li ħabbar ilbieraħ il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, il-President tal-MHRA Matthew Pace qal li hija xi ħaġa inaċċettabbli li pajjiż sħiħ jesperjenza qtugħ ta’ dawl bħal ma ġara l-ġimgħa l-oħra. Appella lill-Ministru biex issir bidla radikali fis-settur tal-enerġija f’Malta.
L-MHRA qalet li l-proċess ta’ komunikazzjoni mill-Gvern ma kien immexxi tajjeb u dan wassal għal ħafna qlajjiet u messaġġi konflinġenti.
L-Assoċjazzjoni qalet li mhix interessata għal tokens, imma għal sorsi ta’ enerġija effiċjenti. 
F’taħdidiet mal-Ministru Mizzi intqal li l-Gvern għadu kommess li jraħħas it-tariffi tad-dawl b’25%.