L-MFSA twissi dwar tliet kumpaniji mhux liċenzjati

MFSA

Read in English.

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ippubblikat tliet twissijiet dwar dawn il-kumpaniji: Concept4x, Livia Options u Arb Signals Ltd.

Concept4x

Il-kumpanija Concept4x li għandha preżenza fuq l-internet permezz tas-sit https://concept4x.com/ mhijiex kumpanija linċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi s-servizz ta’ forex trading jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. L-MFSA qalet li minn informazzjoni li għandha Concept4x hija x’aktarx skema dubjuża b’riskju kbir ta’ telf ta’ flus.

Livia Options

Entità oħra li qed topera permezz tal-isem Livia Options jew LvO Ltd u li għandha l-preżenza tagħha fuq l-internet permezz tas-sit https://liviaoptions.com/ mhijiex liċenzjata li tagħti servizz ta’ forex trading jew servizzi finanzjarji oħra. L-Awtortità qalet li l-kumpanjia tgħid li għandha l-liċrenzja ta’ Servizzi ta’ Investiment tal-Kategorija 3.

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji qalet li din il-kumpanija m’għandha l-ebda liċenzja biex toffri forex trading jew servizzi oħra li jeħtiġu liċenzja jew huwa awtorizzati taġt il-liġi Maltija. 

Arb Signals Ltd

Il-kumpanija Arb Signals Ltd hija kumpanija oħra mhux liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Din il-kumpanija għandha l-preżenza tagħha fuq l-internet permezz tas-sit https://arbitly.io/.

L-MFSA qalet li din il-kumpanija mhux liċenzjata hawn Malta u lanqas mhija liċenzjata jew b’xi mod awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi s-servizzi VFA jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija.

L-Awtorità fakkret lill-konsumaturi tas-serivizzi finanzjarji biex ma jidħlu fl-ebda trasazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.

Il-lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA tista tara minn hawn.