“L-MFSA trid tlesti għal niċeċ ġodda fis-servizzi finanzjarji” – Silvio Schembri

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri qal li se jitnieda dokument ta’ konsultazzjoni sabiex tissaħħaħ l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA.
Waqt żjara fl-MFSA, Silvio Schembri qal li s-settur tas-servizzi finanzjarji huwa wieħed dinamiku u għalhekk trid tkun lesta tħaddan l-aħħar żviluppi fosthom il-Fintech, Blockchain u servizzi oħra speċjalizzati.
Semma kif fl-istess waqt l-MFSA trid tibqa’ viġilanti biex tassigura li ma jkun hemm l-ebda niċċa li tipperikola r-reputazzjoni tajba li għandha Malta f’dan is-settur.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech