L-MFSA toħroġ twissija dwar żewġ kumpaniji

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA ħarġet twissija li l-entitajiet li qed joperaw bl-isem ta’ AGB Malta plc u l-MRB – Multi Risk Benefits Limited mhumiex liċenzjati mill-MFSA biex jipprovdu servizzi finanzjarji.

Fi stqarrija, l-MFSA qalet li l-informazzjoni fuq is-sit tal-AGB Malta plc hija falza u li tqarraq.

Dwar il-kumpanija l-oħra, l-MFSA qalet li l-MRB – Multi Risk Benefits Limited qed tikklonja l-kumpanija Multi Risk Benefits Ltd li hija liċenzjata mal-MFSA.

L-awtorità wissiet lill-pubbliku biex jevita li jidħol fi tranżazzjonijiet ma’ dawn l-entitajiet.