L-MFSA titfa’ ‘l barra lill-FXenergy

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) wissiet lill-pubbliku li l-kumpanija FXenergy mhix awtorizzata li topera f’Malta.

L-MFSA spjegat li FXenergy mhix entità Maltija, mhix magħrufa mal-MFSA u mhix liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod mill-MFSA biex tipprovdi xi servizz finanzjarju f’Malta jew minn Malta, inkluż servizzi ta’ investiment.

Il-lista sħiħa ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.