L-MFSA tingħata ċ-Ċertifikazzjoni tal-Ugwaljanza

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ingħatat ċ-Ċertifikat tal-Ugwaljanza mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) wara li din tal-aħħar eżaminat l-istrutturi organizattivi u proċeduri tal-MFSA.
Dan iċ-ċertifikat jingħata meta jkun ċar mill-istrutturi u l-proċeduri li għaqda tkun kommessa lejn ugwaljanza bejn is-sessi u tkun tħaddan miżuri li huma benefiċċjali għal familji fuq il-post tax-xogħol u fil-proviżjoni tas-servizz.
L-MFSA hija l-awtorità li tirregola s-servizzi finanzjarji kollha f'Malta u b’hekk hija pedina importanti ħafna fis-suq tas-servizzi finanzjarji f’Malta.