L-impjegati tal-MFSA jilbsu r-roża!

l-ħaddiema tal-Malta Financial Services Authority ingħaqdu mal-kampanja ta' għarfien Pink October billi ġabru s-somma ta' €2,000 għal Europa Donna Malta (Grupp ta' Appoġġ għall-Kura tas-Sider).
F'ġurnata partikolari l-ħaddiema tal-MFSA libsu lbies roża u żejnu l-uffiċċini tagħhom b'dan il-kulur, filwaqt li nġabru fondi għal din il-kawża nobbli.
Permezz ta' din l-attività, l-MFSA u l-istaff urew l-appoċċ tagħhom lil dawk li jbatu b'mard terribbli bħal dan, filwaqt li wkoll qajmu kuxjenza u kkontribwew għat-trattament u r-riċerka.