L-MFSA tgħid li damet xhur tirrevedi l-applikazzjoni ta’ Pilatus Bank

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA qalet li fil-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-Bank Pilatus, għamlet riċerka dettaljata filwaqt li analizzat l-applikazzjoni għal bosta xhur, kif ukoll ikkummissjonat rapport indipendenti.
Dan ġie wara li fl-20 ta’ Marzu, sid Pilatus Bank ġie arrestat, akkużat li pparteċipa fi skema ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran billi uża l-Venezwela biex jgħaddi €94 miljun, ekwivalenti għal $115 miljun mill-Istati Uniti għall-Iran.
Fi stqarrija, l-MFSA sostniet li ħadet numru ta’ passi superviżorji tul is-snin tal-operat tal-bank, fejn irrevediet u mmonitorjat il-bank skont ir-resposabilitajiet superviżorji u għaddiet l-istess bank minn numru ta’ spezzjonijiet fuq il-post relatati mal-problemi li nqalgħu dwar il-bank, kif ukoll eżamijiet konġunti mal- Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) dwar il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu finanzjarju.
L-MFSA kompliet tgħid li għamlet u għadha għaddejja b’testijiet dettaljati dwar il-konformità  tal-operat tal-bank mar-rekwiżiti tal-Awtorità.
Fl-istqarrija fejn iddefendiet xogħolha, l-MFSA fakkret li fl-aħħar ġimgħat ħadet numru ta’ passi malli sar l-arrest tas-sid tal-bank, Ali Sadr Hasheminejad fl-Istati Uniti fejn fakkret li: