L-MFSA tavża lill-pubbliku dwar l-entità Lor Service Libre

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) avżat lill-pubbliku li l-entità Lor Service Libre qed tipprovdi servizzi ta’ self ta’ flus mingħajr ir-reġistrazzjoni neċessarja.

Fi stqarrija l-MFSA qalet li saret taf b’Lor Service Libre li qed tippromovi servizzi ta’ self ta’ flus permezz tal-midja soċjali, servizzi li jirrikjedu liċenzja.

L-Awtorità avżat lill-pubbliku li Lor Service Libre mhix reġistrata u lanqas mhi awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ self ta’ flus, kwalunkwe servizzi ta’ kreditu, jew servizzi finanzjarji oħra f’Malta. L-MFSA għalhekk qed twissi lill-pubbliku biex ma tagħmilx negozju jew tranżazzjonijiet ma’ din l-entitá.